lura

Dun Frangisk Vincenz Manche'

Twieled il Mellieha. Ha l-pussess bhala Kappillan ta' Had-Dingli f'l-1882, u sar l-ewwel Kappillan ta' Tas-Sliema (Stella Maris) fil-21 ta' Jannar 1884. Miet fil-kariga fit - 2 ta' Marzu 1918 u jinsab midfun f'nofs il-Knisja quddiem il-presbiterju

Dun Rafel Capurro.

Twieled l-Isla u ha l-pussess bhala Kappillan ta' Hal-Safi fit-8 ta' Awissu 1909. Fid-9 ta' marzu 1919 ha l-pussess bhala Kappillan ta' Stella Maris, fejn dam jokkupa l-kariga sal-1940 meta lahaq Monsinjur tal-Katidral. Miet gewwa tas-Sliema fejn kien jghix fit-28 ta' Gunju 1966.

Dun Guzepp Inguanez

Twieled tas-Sliema u ha l-pussess ta' Kappillan f'l-1 ta' Frar 1942 wara li kien ilu f'Hal-Kirkop bhala Kappillan mill-1937. Dam Kappillan ta' Stella Maris sal-1965 meta lahaq Monsinjur tal-Katidral. Miet gewwa tas-Sliema fejn kien baqa jghix f'l-1986.

Dun Guido Calleja.

Twieled tas-Sliema u ha-pussess bhala kappillan ta' San Giljan f'l-1956, f'Novembru 1965 ha l-pussess bhala Kappillan ta' Stella Maris fejn dam sal-1974 meta lahaq Monsinjur tal-Katidral bhala ko-adjutur ta' L-Isqof Emmanuele Galea. Bhalissa qed iwettaq xoghol pastorali gewwa Alabama f'l-Amerika.

Il-Kanonku Dun Karm Bianco

Twieled gewwa B'Kara u ha l-pussess bhala Kappillan tal-Imqabba f'l-1963. Nhar Hadd il-Palm 7 ta' April 1974 ha l-pussess bhala Kappillan ta, Stella Maris fejn dam sal-1985 meta lahaq Monsinjur tal-Katidral miet gewwa tas-Sliema fejn kien baqa jghix fl-2003.

Dun Joe Bugeja

Twieled gewwa l-Imqabba. Bejn l-1969 u l-1979 serva bhala l-ewwel Kappillan tal-Parrocca ta' Santa Lucija. F'l-1979 ha l-pussess bhala Arcipriet tal Parrocca taz-Zejtun fejn dam sal-1985 meta lahaq Kappillan ta' Stella Maris fejn dam jokkupa l-kariga sal-1993.
Ghadda zmien qasir fil-Parrocca tal-Imsida u illum jokkupa l-kariga ta' Direttur Generali tal-Opri Missjunarji Pontificji.

Dun Raphael Pace

Twieled tas-Sliema. Bejn l-1980 u l-1993 serva bhala Kappillan tal Parrocca tal-Madonna ta' Lourdes gewwa Rahal il Gdid.
F' Marzu tal-1993 ha l-pussess bhala Kappillan ta' Stella Maris fejn dam sas-sena 2004.

Dun Joe Bartolo

Twieled il Gzira. Bejn l-1992 u l-2004 serva bhala kappillan fil parrocca tal-Imqabba. Fis-17 ta' Ottubru 2004 ha l-pussess bhala kappillan ta' Stella Maris