| |
Il-Festa
L-akbar avveniment fil-kalendarju tas-Socjeta' hija l-festa tal-Madonna Stella Maris li tigi ccelebrata fit-tielet Hadd ta' Awissu. Il-Festa ta' Stella Maris hija l- aktar wahda antika f' tas-Sliema . Fil-fatt l-ewwel festa saret fid-19 ta' Awissu 1855, gimgha wara li kienet fethet il-knisja ta' Stella Maris.
Il-Festa Liturgika tal-Madonna Stella Maris propja tigi ccelebrata fit- 8 ta' Mejju jew kif huwa maghruf fost lis-Stella Marjani “ L'Otto Maggio ”. Filwaqt li l-festi esterni ssiru Hadd fuq it-18 ta' Awissu, dan peress li meta fethet il-knisja ta' Stella Maris fl-1855 kienet ghadha taghmel parti mill-parrocca ta' B'Kara. Fejn il-Festa ta' Santa Liena Patruna ta' din lokalita ssir fit-18 ta' Awissu kien gie deciz lill-festa tal- Madonna Kewkba tal-Bahar , tibda ssir l-ewwel Hadd fuq dik il-gurnata. |
IL-Qima lejn il-Madonna Stella Maris
Id-devozzjoni lejn Stella Maris f'Tas-Sliema tmur lura sas-seklu 16, meta Tas-Sliema stess ma kientx maghrufa b'dan l-isem, imma bhala “Tal-Qortin”. Din id-devozzjoni bdiet mis-sajjieda li waqt li kienu jkunu hiergin mil-port ta' Marsamxett kienu jitolbu lill-Madonna li kellha kappella zghira fuq il-ponta ta' Tigne. Matul is-snin din id-devozzjoni kibret u tant meta bdiet tinbena l-knisja ta' Stella Maris fl-1853 meta gie biex jintghazel l-isem tal-knisja l-gdida kien hemm minn ried li din tisemma ghal Appostlu Missierna San Pawl. Pero l-qima lejn il-Kewkba tal-Bahar fil-lokalita waslet l-awtoritajiet tal-knisja biex din tkun dedikata kif kien xieraq lill-Madonna taht t-titlu antik u sabih ta' Stella Maris |
pic knisja antika |
L-Ewwel Festa
Nhar il-Hadd 19 ta' Awissu 1855 saret l-festa b'Qddiesa Kantata minn Monsinjur Lwigi Fernandez waqt li l-orkestra kienet taht id-direzzjoni ta' hadd hlief il-maghruf Maestro Vincenzo Bugeja.. Il-festi ta' barra kienu jinkludu gostra, illuminazzjoni kif ukoll loghob tan-nar.
L-ewwel Purcissjoni
Mill-ewwel festa ta' l-1855 sas-sena 1885 il-purcissjoni mill-knisja ma' kientx tohrog fit-toroq. Fuq talba tal-Kappillan Manche fis-sena 1886 L-Isqof Buhagiar kien ta' permess li tista tibda ssir l-purcissjoni f'nhar il-festa ta' Stella Maris. Ghalkemm l-ewwel purcissjoni kellha ssir f'nhar il-Hadd 22 ta' Awissu ta' dik is-sena, minhabba li kienu qed issiru hafna terremoti l-festa fuq ordni ta' L-Isqof saret Hadd wara jigifieri nhar 29 ta' Awissu. |
L-istatwa l-Antika ta' Stella Maris
Is-Slimizi ta' dak iz-zmien lill-festa taghhom issa kellha wkoll il-purcissjoni riedu li jkollhom statwa titulari biex tinhareg fil-purcissjoni. Fl-istess sena li saret l-ewwel purcissjoni, fil-knisja kien gie espost mudell ta' statwa li kellha jsir minn Karlu Darmanin. Izda minn din l-istatwa ma sar xejn ghax fil-festa tas-sena ta' wara harget fil-purcissjoni statwa mahduma mill-istatwarju Vincenzo Cremona. Lis-statwa ta' Cremona fil-kartapesta, li skond il-gazzetta “Fede ed Azione” kienet turi
Lill-Vergni Marija wieqfa fuq il-mewg tal-bahar imqanqal li jikkalma b'sinjal ta' idha. Fejn saqajn il-Madonna, fin-nofs hemm ankra miksura, nofsha mgharrqa, mizmuma minn anglu sbejjah, waqt li anglu iehor fuq il-lemin qed jitlob b'idejh miftuha, u anglu iehor fuq ix-xellug qed izomm strixxa bil-Kliema “Ave Maris Stella”. Taht riglejn il-Madonna hemm serp u l-qamar.
L-istatwa ta' Cremona ma tantx irnexxiet ghalkemm kienet tinhareg fil-purcissjoni sas-sena 1890. Fis-sena ta' wara f'Awissu ta' l-1891 ingiebet minn Parigi l-istatwa ghaziza li hemm illum. Statwa li sa mill-wasla taghha f'tas-Sliema serqet il-qlub tas-slimizi ta' kull zmien, mhux ta' xejn hija maghrufa bhala “ L-Ghaxqa ta' Ta' Tas-Sliema ”. ( Aqra lis-storja tal-Vara titulari) |
Il-Festa Fl-Imghoddi
Mill-ewwel festa tas-sena 1855 il-festa kibret gmielha, l-ewlenin partitarji tal-festa fi ftit snin ghamlu bosta armar tant li Vincenzo Cremona w Karlu Darmanin gew ikkummissjonati diversi statwi biex jintramaw fuq barra fosthom l-istatwa ta' Malta , L-erba' Evangelisti , L-Istatwa tal-Papa Piju XI , It-Tlugh tal-Madonna fis-sema, t- Trijonf tal-Vergni Mqaddsa fuq l-Eresija w numru kbir ta' Angli . Missierijietna li jiftakkru sew bosta xogholijiet, jghidulna li Triq il-Katidral kienet armata kollha angli bil-litanija tar-Ruzarju. Min dawn l-istatwi li minhabba l-hsara tal-gwerra kif ukoll li maz-zmien xi uhud minnhom tmermru ghad-fadal l-istatwa ta' Malta u 16 il-Anglu(10 bil-Brazzi maghhom u sitta li kienu parti mill-Litanija)
Quddiem il-Knisja kien jintrama palk gholi hafna li minn fuqu kienu ddoqqu l-Baned. Partijiet minn dan il-palk ghadhom jezistu.
It-toroq l-ohra kollha jidher li kienet drawha li jigu armati bid- disinji w arbli bil- bandalori . Ta' min jghid li dan kien possibli minhabba li dawk iz-zmienijiet ma' kienx hemm karrozzi. Il-festa kienu jiehdu sehem minbarra l-baned Slimizi ta' dak iz-zmien jigifieri Cavalieri Di Malta (bejn 1876-1901) Melita (1900's) u Queen Victoria (1904-1912). Anki baned mill-Belt Il-King's Own u La Vallette kif ukoll dawk ta' Hal-Qormi, Luqa, u Bormla. Il-festa kienet saret wahda ferm popolari bosta nies jigu minn Malta kollha. F'kummenti tal-gazzetta “ Malta Taghna ” tas-sena 1912 jghidu “ lill-Festa ta' Stella Maris saret thabbatha ma' l-aqwa festi”. Spinta ohra kbira ghall-festa sehhet fl-1914 meta ghall- ewwel darba fil-festa hadet sehem Is- Socjeta Filarmonika Stella Maris . Il-Banda li twaqqfet mis-Slimizi bl-ghan li jkollha l-festa titulari bhala l-ghan ewlieni taghha. |
statwa malta |
evangelista antik |
Muzika tal-Festa fil-Knisja
Matul is-snin fil-knisja ta' Stella Maris fl-okkazzjoni tal-festa ndaqqew bosta opri ta' muzika sagra marbuta mall-festa. Izda bla' dubju ta' xejn il-muzika fil-knisja fil-jiem tal-festa huma marbuta ma' l-isem ta' Maestro Ferdinando Camilleri. Kien propju Mro. Cammilleri l-awtur tal-muzika tal-festa li tindaqq fil-knisja sa din il-gurnata. Dan kien fis-sena 1909 wara li Mro. Camilleri kien bghat din il-muzika f'Ruma fejn giet approvata mill-kummissjoni tal-Vatikan. L-antifona “ Stella Maris Es ” ghalkemm fuqha saru arrangamenti kemm minn Ferdinando Camilleri kif ukoll minn ibnu Giuseppe hija attribwita lill-Dun Guzepp Fabri. |
ferdinando |
Il-Loghob tan-Nar
Il-festa ta' Stella Maris m'ghandiex kmamar tan-nar u ghalhekk ma jistax ikollha l-kwantita li ghandhom postijiet fejn ghandhom dawn il-kmamar. Imma minkejja dan il-partitarji tal-Festa minn dejjem kienu dilletanti hafna tan-nar u b'hila kbira, dejjem irnexxielhom jigbru l-fondi biex il-festa jkollha harqa mhux hazin li bla tlaqliq ta' xejn minn dejjem kienet l-akbar harqa ta' loghob tan-nar f'Tas-Sliema.
In-nar fil-festa ghal snin twal kien jigi sparat minn Manoel Island imma dan l-ahhar minhabba l-iskuza tal-progett li suppost qed issir hemm, in-nar qed jigi mahruq minn fuq il-barkun. Il-barkun fil-festa ta' Stella Maris mhux x'haga gdida anzi kien hemm zmien fejn in-nar kien jigi mahruq minn fuq barkun f'nofs ix-Xatt.
Il-Loghob tan-Nar ta' l-art mhux dejjem kien jinzamm fix-Xatt gieli sar fi Pjazza Annunzjata fejn illum hemm Camilleri Flats, jew F'Ghar id-Dud u anki fi Qui Si Sana u Tigne meta dawn kienu ghadhom parti mill-parrocca. |
nar |
nar |
nar |
nar |
Il-Festa fil-Prezent
Il-festa fil-prezent tigi organizzata mill-Parrocca ta' Stella Maris, mill-Kazin tal-Banda Stella Maris u mill-Ghaqda ta' L-Armar. Kif huwa xieraq il-knisja tiehu hsieb il-festi interni, Il-Kumitat tal-kazin tal-Banda jiehu hsieb il-baned fil-festa filwaqt li L-Ghaqda ta' L-Armar dak kollhu li ghandu x'jaqsam ma' armar u nar.
Bhala thejjija ghall-festa fil-knisja jinzammu s-seba sibtijiet ta' Stella Maris. |
Hrug il-Vara
Il-festi Esterni jibdew bhal tista tghid il-festi l-ohra f'pajjizna, bil-hrug tal-vara minn nicca. Illum dan issir it-tnejn filghaxija mentri qabel kien issir il-Hadd wara l-quddiesa ta' nofs in-nhar. |
Granet tat-Tridu
Matul il-gimgha jiehdu sehem Baned mistiedna tas-Socjeta' Filarmonica Stella Maris. Fl-ewwel jum tat-Tridu ssir marc f'Ghar id-Dud fejn issir l-loghob tan-Nar ta' L-art fit-tmien il-marc. |
Il-Gimgha
Filghaxija ssir l-marc tradizzjonali ta' l-Ahhar tat-Tridu mill-Banda Stella Maris, fl-Imghoddi dan il-marc kien maghruf bhala l-marc tal-Papa ghax waqt il-marc kienet titellgha fuq Kolonna lis-statwa tal-Papa Piju XI li kien ghamel lill-knisja ta' Stella Maris bhala Parrocca.
Is-Sibt
Lejliet il-Festa l-funzjonijiet fil-knisja jibdew bit- Te Deum filwaqt li fis-6.00p.m. tibda t- translazzjoni mill-Kappella tal-Madonna tal-Grazzja ghall-Knisja Parrokkjali bir-Relikwa. Fit-8.00p.m. Il-Banda Stella Maris tibda l-programm vokali w strumentali fi Pjazza Annunzjata. Wara l-istess Banda flimkien ma Banda ohra li wkoll tkun mistiedna tas-Socjeta jaghmlu marc bl- Istatwa tal-Madonna sax-Xatt ta' tas-Sliema. Fejn issir loghob tan-nar ta' l-ajru u wara t-tlugh ta' l-istatwa fuq il-Kolonna taghha ssir l-loghob tan-nar ta' l-art. |
stawa xatt |
Il-Hadd
Il-jum tant mistenni ghandu l-attrazzjoni tieghu filghodu, bil-marc Kbir Brijuz mill-Banda Stella Maris li jibda fl-10.15 u jispicca fis-2.45p.m. Dan il-marc tradizzjonali huwa ferm popolari tant li huwa meqjuz bhala l-akbar marc f'Tas-Sliema.
Filghaxija fis-7.30 ghad-daqq tal-Baned mistiedna tibda hierga l-Purcissjoni bl-Istatwa artistika w devota ta' Stella Maris. Il-Purcissjoni tghaddi minn Triq il-Kbira, Triq San Vincenz fejn tieqaf quddiem Pjazza Annunzjata fejn tindaqq L-Ave Maria fost l-isparar minn fuq il-bejt tal-Kazin tal-Banda Stella Maris. Wara l-purcissjoni tkompli sax-xatt fejn tista tghid il-festa tilhaq il-qofol taghha meta fost il-hruq tal-murtali l-istatwa titulari tidawwar lejn il-bahar ghad-daqq ta' L-Ave Maria u tibda l-Kaxxa Nfernali “l-Kbira” tal-kulur. Mix-Xatt il-purcissjoni titla Triq it-Torri, fejn ir-reffiegha b'pass mghaggel ghandhom bicca xoghol iebsa, b'statwa tqila bhal dik ta. Stella Maris, fi Triq il-Katidral l-istatwa tigi merfugha mill-partitarji. Lis-Stella Marjani jghatu l-ahhar tislima lill-Matrici quddiem il-knisja fejn fost l-ghajta ta' “ Viva L-Matrici” l-istatwa tidahhal bil-girja gewwa l-Knisja. Fejn il-festa taghlaq bil-Barka Sagramentali. |
marc filghodu |
purcisjioni |
vara |