L-aħħar aġġornament sar nhar 6 ta' Awwissu 2008.

L-Aħħar Aġġornamenti --->

Il-Patruna tas-Slimizi
Marija Kewkba tal-Baħar

Holiday apartment

in Sliema

 

Mill-istorja glorjuza tagħna bħal-lum:

Nagħtikom merħba fuq il-verzjoni bil-Malti tal-websajt uffiċjali tas-Soċjeta' Filarmonika Stella Maris ta' Tas-Sliema. Is-Soċjeta' tagħna li twaqqfet fl-1914,  sa mit-twelidt tagħha għandha bħala l-għan ewlieni, li tieħu sehem fil-festa ta' Stella Maris w fuq kollox li tkabbar id-devozzjoni lejn il-Madonna Kewkba tal-Baħar. 

Fil-ħajja tas-Soċjeta  minbarra l-Festa, hemm ukoll it-tagħlim tal-mużika, attivitajiet soċjali w l-karita nisranija. Prinċipji li fuqhom twaqqfet din is-soċjeta u li qatt ma naqset milli tħares u għadhom soddi hekk kif ħallewhom il-fundaturi tagħha. Missierjiet din is-Soċjeta ħadmu u stinkaw sabiex aħna llum nista ngawdu Soċjeta b'storja glorjuza u għaldaqstant huwa dmir tagħna lkoll li nimxu fuq il-passi tagħhom.

Għalhekk permess ta' dan is-sit aħna nistaw inkomplu nkabbru s-soċjeta tagħna billi nzommu lis-soċji w partitarji aġġornati bl-attivitajiet li jkunu qed jinzammu fi ħdan il-kazin kif ukoll bil-ġrajjiet kurrenti li jsawru l-ħajja tal-Parroċċa tagħna. Tagħrif interessanti jista jinkiseb ukoll permess ta' bosta artikli w ritratti. Dan is-sit illum minbarra l-lingwa Maltija għandu erba verzjonijiet lingwistici oħra, li huma t-Taljan, L-Ingliz, il-Franċiz u l-Ispanjol.

Nieħu l-okkazjoni wkoll sabiex insellem lil ħutna l-emigranti Maltin li ta' spiss izuru dan is-sit u b'hekk izommu kuntatt magħna.

Onor. Dr. Michael Falzon LL.D, A.C.I.B.MP

President

,

Illum hija il-festa ta'