Nhar it-Tlieta 19 ta' Awwissu 2008 mit-8.30p.m. il-quddiem gewwa l-Kazin tas-Soc. Fil. Stella Maris inzamm Riceviment kbir fl-okkazjoni tal-festa ta' Marija Kewkba tal-Bahar Patruna tas-Socjeta, ghas-socji, hbieb, benefatturi w mistiedna distinti kif ukoll diversi Ghaqdiet Muzikali u Membri Parlamentari. Il-Mistieden ta' l-Unur tas-Serata kien Mons. Guzeppi Mercieca Arcisqof Emeritus. Waqt is-serata l-mistiedna gew indirizzati mill-President L-Onor.Dr. Michael Falzon u mill-Mons Arcisqof Mercieca. Saru wkoll xi prezentazzjonijiet mis-Socjeta lis-Sinjuri Frederick Gerada, Josef Gerada, Mark Micallef, Lucienne Vella, Neil Pace bhala rikonoxximent tax-xoghol li jaghmlu b'risq il-kazin u l-festa. Saret ukoll prezentazzjoni lill-Kumitat tal-Banda San Nikola tas-Siggiewi.
Mument mistenni kien il-kxif minn Dr. Falzon, tal-pittura l-gdida fis-saqqaf ta' l-entrata principali xoghol il-bravu pittur Ghawdxi Adonai Camilleri Cauchi. It-Tberik tal-Pittura sar Mons. Arcisqof assistit mill-W.R. Kappillan Fr. Joe Bartolo. Wara Monsinjur Arcisqof flimkien mall-mistiedna kollha gie muri s-sala principali tas-Socjeta wara x-xoghol ta' rinovament li sar. Hawnhekk il-President stieden lill-ArcIsqof Emeritus jiffirma l-ktieb tal-Vizitaturi tas-Socjeta. Bhala gest ta' ringrazzjament ghall-merhba li gie moghti Monsinjur Arcisqof halla l-kalotta tieghu bhala rikordju taz-zjara li ghamel fil-Kazin tas-Socjeta Filarmonika Stella Maris.