Nhar il-Gimgha 22 ta' Awwissu mit-8.30p.m. il-Banda Stella Maris ghamlet il-marc tradizzjonali ta' l-ahhar tat-Tridu li beda minn quddiem il-Knisja Parrokkjali Matrici ta' Stella Maris u ghadda mit-Toroq il-Kbira, San Vincenz u kif wasal fix-Xatt ta' Tas-Sliema kien hemm hruq ta' Salut, murtaletti, blalen, sfejjer, murtali tal-Kulur u Kaxxa Nfernali tal-kulur. Wara l-marc kompla fost il-briju tal-briju meta ghadda mit-toroq it-Torri, Il-Katidral, San Pietru, San Publiju, San Pawl sa Pjazza Annunzjata. Fejn fost il-briju w l-ferh tal-zghazagh Stella Marjani kif ukoll tal-partitarji ta' L-Istilla nfethet ghall-ewwel darba Mrewha kbira fost l-akbar f'pajjizna u li Tiddomina Pjazza Annunzjata. Wara l-marc il-briju kompla gewwa l-Kazin tal-Banda Stella Maris.
Hajr u prosit lis-Sezzjoni Briju ghall-Imrewha tassew artistika kif ukoll lis-Sinjuri Silvio Pace, Gorg Cutajar Zahra u Kurt Friggieri ta' din l-opra kif ukoll lill-Grupp tal-Banda li hadem fuq il-hadid taghha. Prosit kbir ukoll lill-Grupp tan-Nar ghal spettaklu wiehed wara l-iehor