Festa 2016

Ħruġ il-Vara Festa 2016

Oratorio 2016

Oratorio Marija Kewkba tal-Baħar 2016

Oratiorio 2016

Marija Kewkba tal-Baħar

Marċ Ħadd Filghodu 2010

Feasta Stella Maris 2010

l-Statwa Devota Ta Stella Maris

Marija Kewkba tal-Baħar

Merħba

Ritratti

Dr Michael Falzon

Dr Michael Falzon

Nagħtikom merħba fuq il-websajt uffiċjali tas-Soċjeta’ Filarmonika Stella Maris ta’ Tas-Sliema. Is-Soċjeta’ tagħna li twaqqfet fl-1914,  sa mit-twelidt tagħha għandha bħala l-għan ewlieni, li tieħu sehem fil-festa ta’ Stella Maris w fuq kollox li tkabbar id-devozzjoni lejn il-Madonna Kewkba tal-Baħar.

Fil-ħajja tas-Soċjeta  minbarra l-Festa, hemm ukoll it-tagħlim tal-mużika, attivitajiet soċjali w l-karita nisranija. Prinċipji li fuqhom twaqqfet din is-soċjeta u li qatt ma naqset milli tħares u għadhom soddi hekk kif ħallewhom il-fundaturi tagħha. Missierjiet din is-Soċjeta ħadmu u stinkaw sabiex aħna llum nista ngawdu Soċjeta b’storja glorjuza u għaldaqstant huwa dmir tagħna lkoll li nimxu fuq il-passi tagħhom.

Għalhekk permess ta’ dan is-sit aħna nistaw inkomplu nkabbru s-soċjeta tagħna billi nzommu lis-soċji w partitarji aġġornati bl-attivitajiet li jkunu qed jinzammu fi ħdan il-kazin kif ukoll bil-ġrajjiet kurrenti li jsawru l-ħajja tal-Parroċċa tagħna. Tagħrif interessanti jista jinkiseb ukoll permess ta’ bosta artikli w ritratti.

Nieħu l-okkazjoni wkoll sabiex insellem lil ħutna l-emigranti Maltin li ta’ spiss izuru dan is-sit u b’hekk izommu kuntatt magħna.

Onor. Dr. Michael Falzon LLD, A.C.I.B. MP
President